Maria Teresa Spinelli u l-Missjoni tagħha

Meta Maria Teresa Spinelli waqqfet il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Agostinjani, Servi ta’ Ġesù u Marija, iddikjarat b’mod speċifiku li l-għan ewlieni tal-Kongregazzjoni hija “d-direzzjoni u l-gwida tal-individwi.”

Dawn “l-individwi”, l-istudenti tagħna, iddeskriviethom bħala “teżori prezzjużi” salvati mid-Demm ta’ Ġesù u fdati mill-Mulej tagħna lill-għalliema biex “ikunu mgħallma u ggwidati bi mħabba”. Il-valur ta’ kull tifla huwa enfasizzat fl-eżortazzjoni ta’ Teresa Spinelli lill-għalliema sabiex “iħobbuhom u jirrispettawhom mingħajr distinzjoni bħala tfal ta’ Alla, maħturin biex isiru Prinċipessi u Rġejjen fis-Sema Pajjiżna.”

L-Aħħar Aħbarijiet

Aħdem magħna

Aħdem magħna

Aqra iżjed
Segwi l-Paġna tagħna

Segwi l-Paġna tagħna

Aqra iżjed
Dħul wara l-Polza

Dħul wara l-Polza

Aqra iżjed

Il-Missjoni tal-Iskola

Bħala skola tal-Knisja Kattolika, l-Iskola Sta Monika għandha funzjoni edukattiva maqsuma fi tnejn.

L-għan tagħna huwa li lill-istudenti nipprovdulhom esperjenza edukattiva sħiħa. Ninsabu impenjati li nagħtu edukazzjoni li tieħu ħsieb il-bżonnijiet akkademiċi, soċjali, fiżiċi, psikoloġiċi u spiritwali.

Dan nagħmluh mingħajr distinzjoni ta’ abbiltà, klassi soċjoekonomika jew razza. Il-qafas li nħeġġu għal dan l-impenn huwa dak tal-prinċipji tal-Edukazzjoni Kattolika u, b’mod partikolari, it-twemmin u l-għanijiet li għaddietilna l-Fundatriċi tagħna, Maria Teresa Spinelli. Huwa kuntest ta’ mħabba u kura għal kull studenta u li fih tirrikonoxxi l-valur intrinsiku tagħha bħala “teżor prezzjuż”, kif issejjaħlu l-Omm Fundatiċi. Din l-edukazzjoni noffruha f’ambjent sigur, ta’ mħabba, u Kattoliku bil-għan li jgħin lil kull tifla tiżviluppa l-massimu tal-potenzjal tagħha, id-doni u l-kwalitajiet tajbin li hija mżejna bihom.

Il-Ħajja fl-Iskola