Profil

L-Istorja tal-Iskola u l-Edukazzjoni Spinelljana

L-Iskola Sta Monika tal-Gżira hija skola tal-Knisja, immexxija mis-Sorijiet Agostinjani, Servi ta’ Ġesù u Marija. L-iskola nfetħet għall-ewwel darba fi Triq Ponsomby fl-1937, iżda maż-żmien kienet meħtieġa skola akbar u aktar moderna. Fil-fatt, fi ftit snin biss, mill-ewwel ġebla imqiegħda fl-1 ta’ Ġunju 1994, il-bini tela’ fi struttura mdaqqsa u nfetaħ uffiċjalment fil-5 ta’ Diċembru 2000. Bħalissa, din l-iskola tilqa’ fiha 848 studenta. Skont ix-xewqa tal-fundatriċi, hija skola b’abbiltajiet imħallta u ma toħloq ebda streaming. Tikkonsisti minn erba’ klassijiet ta’ Qabel il-Primarja, tliet klassijiet għal kull grupp ta’ età Primarja mill-1 Sena sas-6 Sena, u jsegwu fi tliet klassijiet oħra għal kull grupp ta’ età Medja u Sekondarja mis-7 Sena sal-11-il Sena.

Meta Maria Teresa Spinelli waqqfet il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Agostinjani, Servi ta’ Ġesù u Marija, hija ddikjarat speċifikament li l-għan ewlieni tal-Kongregazzjoni huwa “d-direzzjoni u l-gwida tal-individwi.” Dawn “l-individwi”, l-istudenti tagħna, iddeskriviethom bħala “teżori prezzjużi” salvati mid-Demm ta’ Ġesù u fdati mill-Mulej tagħna lill-għalliema biex “ikunu mgħallma u ggwidati bi mħabba”.

Il-valur ta’ kull tifla huwa enfasizzat fl-eżortazzjoni ta’ Teresa Spinelli lill-għalliema sabiex “iħobbuhom u jirrispettawhom mingħajr distinzjoni bħala tfal ta’ Alla, maħturin biex isiru Prinċipessi u Rġejjen fis-Sema Pajjiżna.” L-edukazzjoni Spinelljana hija miftuħa għal kulħadd, mingħajr distinzjoni ta’ klassi jew abbiltà. Hija l-iżvilupp sħiħ tal-individwu bħala Nisrani li jgħix f’soċjetà. Il-Kostituzzjonijiet tal-Kongregazzjoni jinkludu l-elementi tal-edukazzjoni Spinelljana li jsawru l-għanijiet u l-ethos tal-iskejjel tagħna. L-iżvilupp spiritwali huwa l-pedament tal-viżjoni edukattiva ta’ Maria Teresa Spinelli. Jinkludu wkoll referenzi għall-iżvilupp morali, soċjali, akkademiku u kulturali, kif ukoll referenzi dwar l-iżvilupp vokazzjonali u l-edukazzjoni ta’ pjaċir. L-għalliema tagħna huma mħeġġa jaċċettaw u jippermettu d-differenzi tal-individwi.

Il-viżjoni tal-Fundatriċi tagħna hija, fil-fatt, moderna u friska ħafna.

Il-Kumitat tal-EkoSkola u l-Għanijiet Tiegħu

L-iskola ngħatat il-Bandiera l-Ħadra seba’ darbiet għax ġiet ittimbrata bħala skola ekoloġika li ħadet miżuri biex tissalvagwardja l-ambjent. Il-Kodiċi Eko juri l-impenn tal-iskola fit-teħid ta’ passi lejn azzjonijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

Dan l-impenn jinkludi:

  • Il-preservazzjoni tar-riżorsi naturali,
  • Il-prevenzjoni tat-tniġġis, u
  • It-titjib kontinwu tal-immaniġġjar ambjentali.

Ara l-Kumitat tal-EkoSkola

Riċiklaġġ u Kompostjar:

Meta jkun possibbli, nirranġaw, innaqqsu, nerġgħu nużaw u nirriċiklaw l-affarijiet li nużaw.

Nixtru prodotti u materjali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent la meta jsiru u lanqas meta jintużaw.

Ngħallmu biex ikun limitat l-impatt fuq is-selvaġġ fi ħdan l-iskola tagħna. Nagħmlu minn kollox biex nieħdu ħsieb il-ġardina tal-iskola u l-pjanti li jżejnu l-klassijiet tagħna.

Insegwu l-kodiċi-eko sabiex noħolqu ambjent aħjar għall-iskola tagħna.

Ilma:

Nagħlqu l-vitien tal-iskola u naċċertaw ruħna li m’hemm l-ebda ħsarat fis-sistema tal-ilma. Ngħallmu lil ħaddieħor kif jibża’ għall-ilma u titnaqqas il-ħela tiegħu.

Nimmiraw li nnaqqsu l-konsum tal-enerġija fl-iskola tagħna, u ngħallmu lil ħaddieħor kif tiffranka l-enerġija!

Lill-viżitaturi, familji u ħbieb tagħna ngħidulhom kif nieħdu ħsieb l-ambjent fl-iskola tagħna bit-tama li jsewguna fid-dar u fl-iskola!

Nippruvaw inżidu l-bijodiversità fl-iskola tagħna billi nieħdu ħsieb il-ġardina li għandna. F’din il-ġardina ħawwilna għadd ġmielu ta’ pjanti bl-iskop li nżidu l-ammont tagħhom fl-iskola tagħna sabiex nattiraw iżjed għasafar u friefet.

Il-Politika Tagħna
Il-Politika Tagħna

Manwal strutturat li jippreżenta fid-dettall il-politiki kollha tagħna għall-istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja.

Niżżel bl-Ingliż >
L-Uniformi Tagħna
L-Uniformi Tagħna

Kodiċi tal-ilbies matul ix-xitwa u s-sajf għall-istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja.

Niżżel >
Il-Kurrikulu
Il-Kurrikulu

Dokument tal-kurrikulu għal kull grupp ta’ sena huwa disponibbli biex jitniżżel f’format PDF.

Niżżel >
Attivitajiet Extrakurrikulari
Attivitajiet Extrakurrikulari

L-iskeda tal-attivitajiet kollha extrakurrikulari hija disponibbli biex titniżżel minn hawn.

Niżżel >

Gruppi li jiffukaw fuq il-Ġenitur–L-Edukatur

Darba kull term se jiġu organizzati gruppi ffukati biex lill-ġenituri jipprovdulhom opportunità sabiex jissieħbu f’diskussjoni miftuħa dwar xi oqsma ewlenin tal-ħajja fl-iskola u fl-iżvilupp tal-istudenti. Biex niżguraw li l-konverżazzjonijiet li jsiru jkunu relevanti u bi skop, se jiġu organizzati gruppi ffukati separati għas-Snin Bikrin, is-Snin il-Kbar tal-Primarja, is-Snin tal-Medja u s-Snin il-Kbar tas-Sekondarja. Din l-istruttura tagħti ċans lill-ġenituri biex jiddiskutu suġġetti u inizjattivi pertinenti fl-iżvilupp tat-tagħlim tat-tfal tagħhom. Dawn is-sessjonijiet se jservu ta’ pjattaforma biex jinqasam ir-rispons, jiġu skambjati l-ideat, u ssir kollaborazzjoni mal-istaff sabiex jittejjeb it-tagħlim, il-benessri, u l-integrità fil-komunità tagħna bl-iskop li tissaħħaħ iżjed ir-relazzjoni bejn l-ambjent tad-dar u dak fl-iskola.

 

 

Il-Kunsill tal-Istudenti tal-Iskola

L-għan tal-Kunsilli tal-Istudenti fil-livelli Primarju u Sekondarju huwa li jħarrġu lill-istudenti tagħna fil-metodi ta’ tmexxija waqt li joffrulhom pjattaforma ideali fejn jistgħu jleħħnu l-vuċi tagħhom fi ħdan il-komunità tal-iskola. Kull kunsill jiltaqa’ darba kull ġimagħtejn u fih l-istudenti jiddiskutu diversi kwistjonijiet. Xi kwistjonijiet jiġu solvuti immedjatament u oħrajn ikunu diskussi mal-amministrazzjoni tal-iskola sabiex jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet. Barra minn hekk, iż-żewġ Kunsilli jippjanaw diversi attivitajiet: edukattivi, ta’ ġbir ta’ fondi, ta’ divertiment u oħrajn ta’ natura filantropika. Bil-fondi miġbura, l-iskola tkun tista’ tixtri apparat edukattiv u sportiv li jkompli jiffaċilita t-tagħlim sħiħ tal-istudenti tagħna.

Ara l-membri tal-Kunsill tal-Istudenti