Politika ta’ Privatezza

Politika ta’ Privatezza

Il-politika ta’ privatezza

Din il-Politika ta’ Privatezza tiddeskrivi l-informazzjoni li niġbru fuq jew permezz ta’ dan is-Servizz, kif nużaw u niżvelaw din l-informazzjoni, u l-passi li nieħdu biex nipproteġu din l-informazzjoni. Billi żżur is-Sit, inti tkun qed taċċetta l-prattiki ta’ privatezza deskritti f’din il-Politika. Meta jikklikkja, l-utent ikun qed jaqbel mat-termini tal-Politika ta’ Privatezza tagħna.

Huwa possibbli li tidħol u tuża s-sit elettroniku tagħna mingħajr ebda indikazzjoni ta’ dejta personali. Madankollu, jekk tixtieq tuża karatteristiċi speċjali inkorporati fis-sit tagħna, l-ipproċessar tad-dejta personali jista’ jsir neċessarju. Id-dikjarazzjoni tagħna dwar il-protezzjoni tad-dejta hija bbażata fuq ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tal-Unjoni Ewropea (Regolament (UE) 2016/670, minn hawn ’il quddiem “GDPR”).

Bħala l-kontrollur, l-Iskola Sta Monika tal-Gżira implimentat bosta miżuri tekniċi u amministrattivi sabiex tiżgura l-aktar protezzjoni kompluta tad-dejta personali pproċessata permezz ta’ dan is-sit elettroniku.

Ġbir ta’ informazzjoni
Meta tuża dan is-Servizz, bħala Utent jew bħala Viżitatur, tista’ tipprovdi u aħna niġbru Dejta Personali. L-ipproċessar ta’ dejta personali, bħall-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku jew in-numru tat-telefown/mobile ta’ suġġett tad-dejta għandu jkun dejjem konformi mal-GDPR tal-UE.

Aħna niġbru tipi differenti ta’ informazzjoni mingħandek jekk u meta tirreġistra fuq is-sit tagħna. Il-bażijiet legali għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-KUMPANIJA huma primarjament li l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-provvista tas-Servizz u li l-ipproċessar jitwettaq fl-interessi leġittimi.

Kif nużaw l-informazzjoni miġbura?
Aħna nużaw l-informazzjoni li niġbru f’varjetà ta’ modi fil-provvista tas-Servizz u fit-tħaddim tan-negozju tagħna. L-informazzjoni tiegħek, kemm jekk hija pubblika jew privata, mhux se tinbiegħ, tiġi skambjata, trasferita, jew mogħtija lil xi kumpanija oħra għal kwalunkwe raġuni mingħajr il-kunsens tiegħek.

Aħna nużaw l-informazzjoni biex nifhmu u nanalizzaw ix-xejriet u l-preferenzi tal-użu tal-Viżitaturi u l-Utenti tagħna biex intejbu s-servizz u biex niżviluppaw prodotti, servizzi, karatteristiċi u funzjonijiet ġodda.

Nistgħu nużaw l-indirizz elettroniku jew informazzjoni oħra ta’ Viżitatur jew Utent – għajr id-Dejta tal-Klijent – biex nikkuntattjaw lil dak il-Viżitatur jew Utent (i) għal skopijiet amministrattivi bħas-servizz tal-konsumatur, biex nindirizzaw ksur tal-proprjetà intellettwali, ksur tad-dritt tal-privatezza jew kwistjonijiet ta’ malafama relatati mad-Dejta tal-Klijent jew id-Dejta Personali ppubblikata fuq is-Servizz; jew (ii) b’aġġornamenti dwar promozzjonijiet u avvenimenti relatati ma’ prodotti u servizzi offruti minna.

Cookies u teknoloġiji ta’ traċċar
Il-cookies huma files żgħar ta’ test jew biċċiet ta’ informazzjoni li jinħażnu fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek meta żżur is-sit elettroniku tagħna. Cookie fiha l-isem tal-website u valur li jista’ jintuża għal diversi skopijiet. Xi cookies huma essenzjali għall-operat bla xkiel tas-sit elettroniku tagħna u meħtiġin biex is-sit elettroniku jaħdem.

Aħna nużaw informazzjoni miġbura awtomatikament permezz ta’ cookies u teknoloġiji simili biex (i) nippersonalizzaw is-Servizz tagħna, bħal pereżempju niftakru l-informazzjoni ta’ Utent jew Viżitatur sabiex ma jkollux għaliex jerġa’ jdaħħalha waqt żjara jew żjarat sussegwenti; (ii) nipprovdu reklami, kontenut u informazzjoni mfassla apposta; (iii) nissorveljaw u nanalizzaw l-effettività tas-Servizz u l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ partijiet terzi; (iv) nissorveljaw il-metriċi aggregati tal-użu tas-sit elettroniku, bħan-numru totali ta’ viżitaturi u l-paġni li wieħed jara; u (v) nintraċċaw id-dħul, is-sottomissjonijiet u l-istatus tiegħek fi kwalunkwe promozzjoni jew attivitajiet oħra fuq is-Servizz.

Aħna nużaw miżuri biex nipproteġu l-informazzjoni teknika miġbura bl-użu li nagħmlu aħna mill-Analitiċi. Id-dejta miġbura tintuża biss fuq bażi ta’ bżonn ta’ għarfien biex ikunu solvuti kwistjonijiet tekniċi, jiġi amministrat is-Sit u jiġu identifikati l-preferenzi tal-viżitaturi; iżda f’dan il-każ, id-dejta tkun f’forma mhux identifikabbli. Ma nużawx din l-informazzjoni biex nidentifikaw Viżitaturi jew Utenti. Il-cookies tagħna ma fihom l-ebda dejta li tista’ tintuża biex tidentifikak personalment.

Lil min niżvelaw l-informazzjoni?
Aħna mhux se niżvelaw intenzjonalment id-Dejta Personali jew id-Dejta tal-Klijent li niġbru jew naħżnu lill-partijiet terzi mingħajr il-kunsens tal-Viżitatur, l-Utent jew il-Klijent applikabbli. Nistgħu niżvelaw informazzjoni lil partijiet terzi jekk inti tagħtina l-kunsens tiegħek biex nagħmlu dan, kif ukoll fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

-    Fornitur tas-servizz – Lil fornituri tas-servizzi ta’ partijiet terzi li jipprovdu sit elettroniku, żvilupp ta’ applikazzjonijiet, hosting, manutenzjoni u servizzi oħra għalina. Aħna nillimitaw l-informazzjoni pprovduta lil dawn il-fornituri tas-servizz għal dak li huwa raġonevolment meħtieġ għalihom biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, u nirrikjedu li jżommu l-kunfidenzjalità ta’ tali informazzjoni.

-    Informazzjoni mhux personalment identifikabbli – Nistgħu ngħaddu tali informazzjoni lil partijiet terzi għal diversi skopijiet, inkluż (i) konformità ma’ diversi obbligi ta’ rappurtar; (ii) għal skopijiet ta’ negozju jew kummerċjalizzazzjoni; jew (iii) biex ngħinu lil dawn il-partijiet jifhmu l-interessi, id-drawwiet u x-xejriet ta’ użu tal-Klijenti, l-Utenti u l-Viżitaturi tagħna għal ċerti programmi, kontenut, servizzi, u/jew funzjonalità disponibbli permezz tas-Servizz. 

-    Infurzar tal-Liġi, proċessi legali u konformità – Nistgħu niżvelaw dejta personali jew informazzjoni oħra jekk ikun meħtieġ li nagħmlu dan bil-liġi jew bit-twemmin bona fide li tali azzjoni hija bżonjuża biex nikkonformaw mal-liġijiet applikabbli, ninfurzaw il-politiki tas-sit tagħna, nieħdu prekawzjonijiet kontra r-responsabbiltà, nipproteġu lilna nfusna jew lil ħaddieħor minn użi jew attivitajiet frodulenti, abbużivi jew illegali, ninvestigaw u niddefendu lilna nfusna kontra kwalunkwe talba jew allegazzjoni minn partijiet terzi, nipproteġu s-sigurtà jew l-integrità tagħna, nipproteġu l-proprejtà tagħna jew drittijiet legali oħra, ninfurzaw il-kuntratti tagħna, jew nipproteġu d-drittijiet, il-proprjetà jew is-sigurtà ta’ ħaddieħor.

-    Bidla fis-sidien – Dejta personali u dejta tal-klijent jistgħu jiġu żvelati u trasferiti b’xi mod ieħor (fiżikament jew elettronikament) lil akkwirent, suċċessur jew assenjat bħala parti minn kwalunkwe fużjoni, akkwist, finanzjament ta’ dejn, bejgħ ta’ assi, jew tranżazzjoni simili, kif ukoll fil-każ ta’ insolvenza, falliment, jew fejn l-informazzjoni tiġi traferita lil parti terza waħda jew aktar bħala wieħed mill-assi tan-negozju tagħna u biss jekk ir-riċevitur jew l-operatur tas-Servizz, skont il-każ, tad-Dejta tal-Utent jew tal-Viżitatur jimpenja ruħu għal Politika ta’ Privatezza li għandha termini sostanzjalment konsistenti ma’ din il-Politika ta’ Privatezza.

Perjodu tal-ħażna tad-dejta personali
Il-kriterji li nużaw biex niddeterminaw il-perjodu tal-ħażna u l-limitazzjoni tal-ħażna huma konformi mal-GDPR (Art 5(1)(e)) għalhekk, id-data personali m’għandhiex tinżamm aktar milli meħtieġ, fir-rigward tal-iskop li għalih tiġi pproċessata din id-data.

Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, id-dejta korrispondenti titħassar b’mod rutinarju, sakemm ma tibqax meħtieġa għat-twettiq tal-ftehim jew għall-bidu ta’ ftehim bejn il-Klijent u l-Iskola Sta Monika tal-Gżira.

Jekk Klijent jitlob it-tħassir tad-dejta personali li tikkonċernah, aħna nagħmlu ħilitna biex inħassru dik id-dejta personali “mingħajr dewmien żejjed” sakemm ma jkunx kontra d-drittijiet u l-obbligi statutorji tagħna, jew jekk din id-dejta personali tkun meħtieġa fl-interess tas-saħħa pubblika, riċerka xjentifika jew storika, jew għal skopijiet statistiċi; jew jekk din id-dejta personali hijiex meħtieġa għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali.

Kunsens

Billi tuża s-sit tagħna, inti tagħti l-kunsens tiegħek għall-Politika ta’ Privatezza tas-sit elettroniku tagħna, u l-Politika tal-Cookies u t-Teknoloġiji ta’ Traċċar tas-sit elettroniku tagħna.

Tibdil fil-politika ta’ privatezza tagħna
Jekk niddeċiedu li nibdlu l-politika ta’ privatezza tagħna, se nippubblikaw dawn il-bidliet f’din il-paġna.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek taħt il-GDPR?

-    Id-dritt li tkun infurmat dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek.

-    Id-dritt li tikkoreġi l-informazzjoni personali tiegħek ladarba ma tkunx preċiża u li timtela informazzjoni personali mhux kompluta.

-    Id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek.

-    Id-dritt li tirrestrinġi l-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek.

-    Id-dritt li titħassar l-informazzjoni personali tiegħek (id-“dritt li tintesa”).

-    Id-dritt li titlob aċċess għall-informazzjoni personali tiegħek u li tikseb informazzjoni dwar kif nipproċessawha.

-    Id-dritt li ċċaqlaq, tikkopja jew tittrasferixxi l-informazzjoni personali tiegħek (“portabbilità tad-dejta”).

-    Drittijiet fir-rigward tat-teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet li għandu effett legali jew li jaffettwak b’mod sinifikanti.

Kif tikkuntattjana?
Jekk għandek xi mistoqsija dwar din il-politika ta’ privatezza tista’ tikkuntattjana billi tuża l-informazzjoni t’hawn taħt:

Indirizz: Triq Madre Teresa Spinelli, Gżira, GZR1713 Malta

Numru ta’ kuntatt: +356 2134 0127 / +356 7934 0127

Indrizz elettroniku: [email protected]